F’hiex Nemmen

Jien jemmen f’socjeta gusta li taghti opportunitajiet ndaqs lil kulhadd. Il-qafas ta’ beneficcji socjali ghandhom ikunu hemm biex verament jghinu lil dawk fil-bzonn jqumu fuq saqajhom u jkunu indipendenti. Is-settur privat jibqa l-mutur tal-ekonomija taghna u Karl jemmen li bi privat public partnership nistghu nilhqu sfidi godda biex insiru iktar kompetitivi u fl-istess hin l-istat jzomm ir-rwol krucjali li jwiezen dawk kollha fil-bzonn. Ir-rwol tal-Gvern huwa li jistimola u jwiezen is-settur privat specjalment intrapizi zghar.

Investiment socjali fis-settur tal-edukazzjoni huwa krucjali biex nrawwmu socjeta instruita u iktar inklusiva biex b’hekk inkuu nistghu nibnu zvillup ekonomiku u socjali li jkun produttiv, fil-tul u sostenibbli. Hemm bzonn li jitnaqas l-ammont ta’ tfal li jitilqu kmieni mill-iskola u nnaqsu l-ilitterizmu. Il-kuncett ta’ edukazzjoni tul il-hajja u l-investiment fil-hiliet tal-haddiema Maltin huwa essenzjali biex nikkompetu f’dinja globalizzata ibbazata fuq, a knowledge based economy. Ristrutturar ekonomiku qed isehh madwarna b’pass mghaggel u Karl huwa konvint li minkejja d-daqs zghir taghna u l-pozizzjoni geografika taghna, ahna nisthu nuzaw il-hiliet kreativi u nnovativi taghna biex naddattaw iktar malajr ghall-isfidi godda.

Minkejja l-limitazzjoniiet taghna ghad hemm bzonn u domanda ghas-settur tal-manifatura f’Malta u minkejja pronostici pessimisti ta’ certi ministri dan is-settur jista’ jerga jirpilja f’setturi fejn hemm iktar valur mizjud u fejn it-teknologija moderna jkollha rwol ikbar. Qed isehhu zvillupi nteressanti fis-settur tas-servizzi u tat-telekommunikazjoni u Karl jemmen li ghandna nahtfu l-opportunitajiet godda li qed jitfaccaw f’dan is-settur.

Sfidi godda li sfortunatament qed jitwarbu minn dan il-gvern huma dwar kif il-kuncett ta’ familja tista tissahhah fis-socjeta taghna. L-gholi tal-hajja u l-prezzijiet dejjem jghollew tal-propjeta qed ihallu impatt negattiv fuq it-tessut socjali taghna. Karl jemmen li l-Gvern ghandu jgharraf li certi decizzjonijiet monitarji bhal per ezempju r-rata tal-imghaxx jew il-|capital gains tax u t-taxxa fuq il-wirt kollha hallew impatt negattiv fuq il-prezz tal-propjeta. L-industrija tal-kostruzzjoni dejjem kellha rwol importanti fl-ekonomija taghna u ghalhekk ghandna naraw li l-zvillup ikun sostenibli u afordabbli ghax fl-ahhar mill-ahhar zvillupatur u konsumatur huma katina u tnejn bzonn kulxien.

Karl kiteb zewg document ghall-Partit laburista u fuq dawn id-dokumenti flimkien ma ohrajn ser ikun ibbazzat l-programm elettorali tal-Partit Laburista. Wiehed mid-dokumenti jittrata l-aspett tax-xoghol . Kiteb dokument iehor dwar il-qasam tal-pensjonijiet f’pajjizna. Dawn iz-zewg documenti gew diskussa mas-socjeta civili u gew aprovati fil-konferenza general tal-Partit Laburista. Taht ir-responsabilita tieghu jaqghu wkoll il-beneficcji socjali kollha u anke l-Housing. Karl jemmen li l-prezzijiet tal-propjeta f’Malta splodew b’mod ezageratn u ghalhekk kien hemm bzonn il-mizuri li thabbru fil-qasam tal-housing. Jemmen li l-beneficcji socjali ghandhom bzonn jigu aggornati.

Karl huwa l-politiku tal-futur tal-Partit Laburista. Lejali lejn l-kisbiet tal-passat imma lest biex jilqa l-isfidi tal-gejjieni. Jemmen li wasal iz-zmien tal-bidla u hemm bzonn idejat godda li mhumiex marbuta ma alleanzi antiki. Hekk biss nistghu naffaccjaw sfidi godda u nsibu soluzzjonijiet ta’ ghada ghall-problemi tal-lum.